Juventus Club 'Cuore Bianconero' Malta

Merħba fl-ikbar u l-iżjed grupp attiv għall-Juventini ta' Malta!

Ingħaqad magħna biex iżżomm ruħek aġġornat fuq dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Juventus (ritratti, videos u aħbarijiet eżatt kif joħorġu!) waqt li tkun taf b'attivitajiet li norganizzaw bejnietna bħala ħbieb!

Inħeġġukhom iżżidu lil sħabkom, b'hekk inżidu din il-familja Juventina waqt li nkomplu nżidu l-attivita' tal-grupp!

Sabiex inżommu l-għaqda bejnietna u kulħadd iħossu komdu jikkomunika permezz ta' dan il-grupp, nitolbukom li tirrispettaw ftit regoli:

- Mhux permessi posts fuq politika, reliġjon jew affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-Juventus jew mal-futbol inġenerali;
- Mhux permess dagħa, tgħajjir jew kummenti li jinstigaw il-ġlied - kritika fuq argument hija permessa sakhemm ma taqax livell personali;
- Mhux permessi riklami ħlief għal sponsors tal-grupp;
- Mhux permessi posts fuq gruppi oħra ta' FB - dan il-grupp m'għandu l-EBDA konnessjoni ħlief mal-membri li jagħmlu parti minnu!

IMPORTANTI: L-Amministraturi ta' dan il-grupp izommu d-dritt li jwaqqfu kull argument li jikber bejn il-membri meta tkun cara biz-zejjed li l-argument ma se jkun se jwassal imkien li jaghmel gid u jsahhah lil dan il-grupp. Mil-mument li nindunaw li dawn l-argumenti ser ikunu qed jaghmlu hsara u mhux gid ser tittiehed azzjoni immedjata u HADD ma ghandu jiehu ghalih jew jehodha personali. Din ir-regola se tkun qeda hemm ghal-kulhadd! Liberta ta l-espressjoni u opinjoni iva imma glied u argumenti le.

Min ikollu bżonn xi għajnuna jew mistoqsijiet, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lil Matthew Mamo (www.facebook.com/matthewmemo) jew xi admin ieħor mill-grupp!

Grazzi u Merħba!

- Numru tat-telefon tal-Club: 2701 1197
- Email tal-Club: info@juventusclubdocmalta.com